Illum L-Aħħar Ġurnata Ta' Ryan Spiteri Fuq Vibe FM Wara 10 Snin – Tgħid Ħa Jieqaf Mir-Rajdu?

Ryan Spiteri beda l-karriera tiegħu lura għal 1996 fuq radju tal-kommunità ġewwa Bormla permezz ta' Radju Kottoner fejn għamel kważi tliet snin. Minn hemm kien mexa għal l-ewwel esperjenza fuq stazzjon nazzjonali, il-Capital Radio.

Tul iż-żmien, il-frekwenza kienet ġiet mibjugħa lil sidien ġodda fejn twieled Vibe FM 88.7. Ryan ilu dawn l-aħħar għoxrin sena jxandar fuq l-istess frekwenza u għaxar snin għal VIBE FM. L-aħbar kienet kemxejn ta' sorpriża għal ħafna nies, il-mistoqsija tiġi weħdiha. Wara dan iż-żmien kollu, Ryan ħa jieħu pawża mix-xandir jew inkella ħa jimxi fuq stazzjon ieħor.

Ritratt: Facebook / Ryan Spiteri

Tista' tgħid li jinsab fl-aqwa tal-karriera tiegħu bħalissa għax hu DJ imfittex ħafna lokalment, speċjalment mill-għaqdiet tal-festi madwar Malta u Għawdex. Tajjeb li nfakkru li Ryan hu persuna impenjat ukoll bil-parties li jorganizza li ċertament joħdulu ħafna ħin.

Apparti minn hekk, Ryan huwa magħruf għal għal party li jtella' bl-isem ta' Rewind the 90s & 00's li tista' tgħid dejjem ikun mibjugħ qabel iż-żmien. Hu kellu ċ-ċans li jġib bosta kantanti u DJs barranin mill-era li tant iħobb.

Ritratt: Facebook / Ryan Spiteri

Fost il-mistiedna kellu lil Alexia, Prezioso ft. Marvin, Corona, Haddaway, Sash, Tina Cousons, Mauro Picotto, Regina, Maria Nayler, Alice Deejay, Lasgo, Fragma, Dario G, DJ Quick Silver, Ice MC u Sonique.

Ikollna nibqgħu nsegwu u naraw x'ħa jkun il-pass li jmiss ta' Ryan. Min jaf jekk fl-iskeda li jmiss hux ħa nisimgħu leħnu u l-mużika li magħruf għaliha x'imkien ieħor?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI