Madwar sitt snin ilu, missier u iben serqu l-qlub tal-udjenza Maltija tant li rnexxielhom jirbħu l-ewwel staġun ta' Malta's Got Talent. Jomike u Lydon kisbu l-ammirazzjoni tas-segwaċi bit-talent tagħhom fl-għana Maltija. Illum Lydon jagħlaq 12-il sena!
Minn dakinhar 'l hawn, il-passjoni ta' dawn it-tnejn lejn l-għana u l-kultura Maltija ma waqfitx; anzi, kompliet tikber. Fil-fatt, matul dawn is-snin huma anke kellhom l-opportunità li jmorru jferrħu bl-għana tagħhom lill-Maltin li jinsabu fl-Awstralja.
F'jum għeluq sninu, Lydon kiteb messaġġ ta' ringrazzjament lill-ġenituri tiegħu, hekk kif fakkar il-mument meta bħal-lum 12-il sena ilu twieled fis-sigħat bikrin ta' filgħodu.
Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Lydon f'jum għeluq sninu!
Facebook / Lydon & Jomike