"Illum Nagħlqu Ġimgħa Mingħajr Każ Ġdid Ta’ Covid19 F’Malta" – Il-Ministru Chris Fearne

Kmieni dalgħodu, il-Ministru Chris Fearne ħabbar fl-aħħar 24 siegħa ma nstab l-ebda każ ġdid! Dan ifisser li Malta ilha ġimgħa sħiħa fejn ma nstabux każijiet ġodda tal-Covid-19. Dan is-suċċess żgur hu mertu tal-ħidma li saret mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Bħalissa l-każijiet attivi huma ta’ 4 u nittamaw li fil-jiem u ġranet li ġejjin jirkupraw dawn l-erba’ persuni biex jekk Alla jrid niġu bla każijiet f’pajjiżna. Il-Ministru Chris Fearne kiteb, “Ilum nagħlqu ġimgħa mingħajr każ ġdid ta’ Covid19 f’Malta. Inkomplu nkunu prudenti ħalli nkomplu ngawdu s-suċċess.”

Prosit lil kulħadd!

Facebook / Chris Fearne







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI