Illum, il-20 ta’ Novembru, jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji għat-Tfal, ġurnata dedikata biex tfakkar id-drittijiet tat-tfal u l-importanza tal-benesseri tagħhom madwar id-dinja. Din il-ġurnata tfakkarna fl-importanza li nagħtu vuċi lit-tfal u nżommu f’moħħna li kull tifel u tifla jistħoqqilhom opportunitajiet ugwali, edukazzjoni ta’ kwalità, u protezzjoni.
Imnedija mill-Ġnus Magħquda fl-1954, din il-ġurnata sservi sabiex nassiguraw li t-tfal kollha, irrispettivament minn fejn jiġu, ikollhom futur sigur u mimli tama. F’Malta u madwar id-dinja, diversi avvenimenti qed isiru biex iqajmu kuxjenza dwar il-ħtiġijiet tat-tfal u l-isfidi li jaffaċċjaw.
Fost dawn, tispikka l-importanza li nkomplu naħdmu għal edukazzjoni inklussiva u l-ħarsien tad-drittijiet tagħhom. Ejjew illum nifirħu mat-tfal u nirrikonoxxu r-responsabbiltà tagħna li nibnu dinja aħjar għalihom!