“Illum Niċċelebraw 5 Snin Tal-Prinċipessa Ċkejkna Tagħna, Ava.” – Il-Ministru Jonathan Attard

Ġurnata speċjali għall-Ministru Jonathan Attard u l-familja tiegħu, hekk kif bintu Ava llum qed tiċċelebra għeluq il-ħames snin tagħha. “Illum niċċelebraw 5 snin tal-prinċipessa ċkejkna tagħna, Ava,” kiteb Jonathan Attard, filwaqt li qasam dan il-mument speċjali mas-segwaċi tiegħu.

Għal din l-okkażjoni, il-Ministru qasam messaġġ qasir u ħelu fuq il-midja soċjali, fejn sejjaħ lil Ava l-“prinċipessa ċkejkna” tal-familja. Żgur li llum hija ġurnata mimlija ferħ u ċelebrazzjoni għall-familja Attard hekk kif jiċċelebraw dan il-pass importanti fil-ħajja taċ-ċkejkna Ava.

Minn Gwida, nawguraw lil Ava l-isbaħ xewqat f’għeluq il-ħames snin tagħha u nittamaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ imdawra bl-għeżież tagħha! Awguri Ava!

Ritratti:

Facebook / Johnathan Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI