Illum Tagħlaq Sninha L-Attriċi Rachel Micallef, Magħrufa Bħala Ruth Ta' Simpatiċi

L-attriċi Rachel Micallef illum tagħlaq 44 sena. Żgur li Rachel tibqa’ magħrufa l-iżjed għas-sehem tagħha fis-serje Simpatiċi fejn interpretat il-parti ta’ Ruth.

Ftit xhur ilu bosta kellhom l-opportunità li jerġgħu jaraw dan il-karattru tant maħbub interpretat minn Rachel hekk kif wara antiċipazzjoni kbira ttellat produzzjoni fuq il-palk mit-tim ta’ Simpatiċi.





Rachel ħadet sehem ukoll f’numru ta’ produzzjonijiet oħrajn tul is-snin fosthom Għeruq, Dun Benit, Missjoni kif ukoll Intriċċi.

Illum il-ġurnata Rachel hija aktar intiża fil-karriera tagħha bħala personal trainer, għalkemm xorta waħda għadha tieħu sehem f’xi produzzjonijiet komiċi li jittellgħu fuq il-palk.



Awguri, Rachel!

Ritratti: Sibtek u Simpatiċi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI