Kien it-30 ta’ Awwissu 2024 meta sfortunatament ħalla din id-dinja Jake Vella, ġuvni li minkejja t-tbatija li għadda minnha, b’għemilu ispira tant nies. Uriena xi tfisser meta anke taħseb f’ta’ madwarek, anke jekk ħajtek mhix faċli.
Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia kitbet li l-memorja ta’ Jake ser tiġi onorata permezz ta’ proġett. “Illum ġurnata speċjali għalina. F’isem il-Gvern Malti se ninawguraw proġett li se jibqa’ jonora l-memorja ta’ Jake Vella,” tikteb Julia.
Xerrdet ritratt waqt laqgħa sabiħa li kellha flimkien mal-ġenituri ta’ Jake, Marouska u Josie. Prosit, tifkira mistħoqqa! Tibqa’ għal dejjem f’qalbna, Jake!
Facebook/ Jake Vella