Theresa Ann Cachia għadha kemm wetqet xewqa oħra li dejjem kellha, dik li bil-personalità sabiħa tagħha u l-ispirtu pożittiv u dħuli, tippreżenta quddiem in-nies.
“Mill-kċina ta’ ommi, ħafna u ħafna snin ilu… nindiriza lis-siġġijiet tal-kċina vojta… Illum wisq snin wara… Però qatt mhu tard… Nippreżenta f’raħal twelidi… ir-raħal li dejjem ħassejtni milquha fih… Is-sempliċà u ċ-ċokon jagħmluni dak li jien… Għal dawk li tawni ċ-ċans u jemmnu fija… Grazzi mill-qalb ta’ kollox”
Theresa tuża l-esperjenza tagħha biex anke timmotiva lil ħaddieħor biex ma jaqtax qalbu, u jwettaq hu wkoll il-ħolm tiegħu, anke jekk ikun hemm dawk li jipprovaw iżommuh lura.
Prosit kbira Theresa!
Facebook/ Theresa Ann Cachia