Il-kantanta Ira Losco tkellmet fuq il-midja soċjali dwar proġett ġdid li bħalissa qed taħdem fuqu u fissret kif "dan mhux se jkun proġett bħall-oħrajn, iżda se jkun proġett speċjali ħafna".
"Minn wara l-kwinti ilna sentejn naħdmu fuqu, sigħat twal u ħafna ideat kreattivi," saħqet il-kantanta li tat x'tifhem kif dan il-proġett se jkun qed jieħu l-ħajja f'xow speċjali.
"Se nkun qed inħabbar iżjed dettalji dalwaqt," temmet tiżvela Losco.
Facebook / Ira Losco