24 kanzunetta qed jissieltu biex jirrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest li se jsir f’Basel ġol-Isvizzerra. Is-selezzjoni Maltija, mas-segwaċi ta’ dan il-festival, qed titqies bħala waħda mill-aktar selezzjonijiet b’saħħithom ta’ din is-sena.
Iċ-ċansijiet ta’ pajjiżna komplew jitjiebu mad-djar tal-imħatri fejn qed ipoġġu lil Malta fit-13-il post minkejja li għadha ma ntgħażlitx il-kanzunetta rebbieħa. Għalkemm fil-verità dawn ma jfissru xejn, ċertament li jawguraw tajjeb għall-kanzunetta rebbieħa.

Ritratt: https://eurovisionworld.com/odds/eurovision
Il-favoriti nett mal-pubbliku jidhru li huma l-kanzunetti ta’ Miriana, Kristy u Kantera iżda l-kanzunetti ta’ JVF, Victoria u Adria Twins ukoll qed jissemmew minn diversi siti u segwaċi ta’ dan il-festival.
Dawn huma biss sitta, oħrajn għandhom il-favoriti tagħhom u ċertament dak li se naraw il-ġimgħa d-dieħla fuq il-palk se jagħti idea liem huma l-aktar kanzunetti li għandhom potenzjal jirbħu l-biljett għall-Isvizzerra.
Isimgħu l-kanzunetti HAWN.