Il-paġna lokali Mid-Djarju Tat-Timba fuq il-mezzi soċjali jgħaddu aġġornament ta’ dak li għandna nistennew, “L-għodwa t-tajba, ħbieb. U le, mhux l-istess ritratt ta’ lbieraħ. Hekk forsi taħsbu, imma kuljum nara jekk ikunx hemm xi tibdil fir-rotta tal-ajru u, milli jidher, ġej għalina. Insomma, aħna fi triqtu. Hekk għadu jidher.”
Huma jkomplu, “Illum imsaħħab ftit dalgħodu u s-sħab jibda jiżdied wara nofsinhar. Mhix mistennija xita llum. Ir-riħ mix-Xlokk ikun moderat sa filgħaxija, fejn idur lejn in-Nofsinhar u jibda jitqawwa għal Forza 4/5.”
Ma’ dan jgħidu wkoll, “Għada t-Tlieta. Minn kmieni filgħodu jibda dieħel sħab tax-xita u għall-ħabta tas-7.00 ikollna l-ewwel tixrib. Mistennija li l-kultant tkun b’saħħitha; mhumiex mistennija sajjetti. Evitaw toroq li tafu li jgħerqu, ħbieb, aħjar iżżidu mil jew tnejn u taslu. Moħħkom hemm u dejjem naġġorna skont il-bżonn.”