Immaġina tkun konvint li l-Covid-19 ma teżistix u tmur festin apposta biex taqbad dan il-virus li f’moħħok hu fittizju. L-idea hi li int tipprova li dan kollu ngann. Dan ġara barra minn xtutna. Il-persuna li ma ġietx iddentifikata ammetta dan waqt li kien wasal fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu, wara li qabad dan il-virus qerriedi.
Tabiba minn Methodist Healthcare ġo Texas, l-Amerika qalet: “Eżatt qabel ma miet il-pazjent, hu ħares lejn l-infermier u qallu, ‘Naħseb li għamilt żball, ħsibt li dan kien ingann, imma mhuwiex.'”
It-tabiba kienet maħsuda meta semgħet kif il-vittma tal-Covid-19 kien attenda festin ma’ xi ħadd li ttestja pożittiv għall-marda bil-mira li ma jisimgħux mit-twissijiet tal-esperti dwar il-periklu li joħloq il-Coronavirus. Hija qalet: “Dan il-festin sar minn xi ħadd li għandu l-virus tal-Covid u l-ħsieb hu li tara jekk il-virus hux reali u jekk xi ħadd jiġix infettat…”