Imut Stuart – Dilettant Kbir tal-Futsal f'Malta

Wara jiem sħaħ jissielet ma' kundizzjoni medika, miet Stuart - ġuvni li ddedika ħajtu għall-isport tal-Futsal f'Malta b'mod partikolari għat-tim Belti li tiegħu kien Team Manager għal xi żmien.

F'post li għamel l-istess tim, sellmu l-memorja ta' Stuart u ddeskrivewh bħala persuna bieżla li se jibqá mfakkar għad-dedikazzjoni li wera lejn l-isport tagħhom u għall-kommunitá tal-Futsal f'pajjiżna.

Kienu bosta li esprimew id-dieqa tagħhom għall-mewt ta' Stuart fejn f'posts differenti fuq Facebook iddeskrivewh bħala ġuvni b'qalbu tajba u dejjem bi tbissima fuq xuftejh.

Ftit tal-jiem ilu, it-tim ta' Valletta Futsal għamlu appell għat-talb u s-solidarjetá ma' Stuart li fi kliemom stess kien għaddej minn żmien diffiċli f'dak li għandu x'jaqsam ma' saħħtu.

It-tim ta' Gwida.mt jsellem il-memorja ta' Stuart u jibgħat il-kondoljanzi lill-familja u l-ħbieb kollha tiegħu! 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI