Ħafna jemmnu lin-neputi ta’ Elvis Presley, it-tifel ta’ Lisa Marie Presley huwa fula maqsuma ma’ nannuh. Jidher evidenti f’numru ta’ ritratti li wieħed jista’ jara tal-ġuvnott. Is-segwaċi ta’ Elvis jafu li t-tifla tiegħu Lisa Marie wkoll tixbaħ lil missiera ferm, allura tiġi kważi naturali li l-unika tifel tagħha ħareġ jixbaħ lil nannuh daqshekk.
View this post on Instagram
Forsi diffiċli biex wieħed iqabbel daqshekk, minħabba l-fatt Benjamin Keough jżomm ’il bogħod mill-midja. Għajnejh blu identiċi bħal ta’ nannuh u għalkemm xagħaru ċar, kieku jiddeċiedu li jiżbgħu iswed skur ikun fula maqsuma miegħu. Mhux l-ewwel darba li spiċċa fil-mira tas-segwaċi ta’ Elvis, fejn spiċċaw jippużaw għar-ritratti miegħu.
View this post on Instagram
Ngħiduha kif inhi, jekk wieħed iħares lejn in-neputijiet kollha... b’xi mod jew ieħor tista’ tara xi tip ta’ xebħ! X’taħseb int?
Instagram / The Presleys