“Inħobb Niltaqa’ Ma’ Artisti Li Qed Iħallu L-Marka Tagħhom B’Diversi Modi…” – Ira Losco

Ira Losco qed tuża l-pjattaforma tagħha biex twassal messaġġ minn qalbha favur l-artisti lokali. Bħala artista li għaddiet mill-isfidi kollha tal-industrija, taf eżatt x’ifisser li taħdem bla waqfien biex il-vuċi tiegħek tinstema’. Hija qed tuża l-esperjenza tagħha biex tfakkarna li l-fama ma tfissirx dejjem stabilità finanzjarja, u li ħafna artisti jkomplu jitħabtu b’dedikazzjoni u passjoni biex iħallu impatt. B’rispett u ammirazzjoni, Ira tisħaq fuq l-importanza li nappoġġjaw l-artisti indipendenti u alternattivi li qed joħolqu minn qalbhom u fl-istess ħin jibqgħu leali u awtentiċi lejn l-arti tagħhom.

“Inħobb niltaqa’ ma’ artisti li qed iħallu l-marka tagħhom b’diversi modi.Nemmen fl-artisti lokali tagħna – hawn tant talent kbir f’dan il-pajjiż u jaħdmu b’mod tal-biża’. Mhux faċli Hemm din l-idea żbaljata li ladarba kanzunetta tiegħek tindaqq fuq ir-radju  qed tagħmel ħafna flus imma fil-verità mhux hekk. Tispiċċa taħdem ħafna ħafna sabiex biex tirrekordja u biex tidħol fir-rotazzjoni tar-radju u biex leħnek fl-aħħar ikun jista’  jinstema’!”

Kompli aqra dan il-messaġġ hawnhekk:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI