“Inżommu Lil Dawn Iż-Żewġ Sorijiet Fit-Talb Tagħna” – L-Arċdjoċesi Ta’ Malta

Il-paġna uffiċjali tal-Arċdjoċesi ta’ Malta kitbet dwar żewġ sorijiet ġodda li ħadu l-voti perpetwi tagħhom.

Kitbu, “Il-familja tas-sorijiet Franġiskani Qalb ta’ Ġesù laqgħet żewġ sorijiet ġodda – Sr Annastaciah u Sr Asnath mill-Kenja – hekk kif ilbieraħ ħadu l-voti perpetwi tagħhom. Dawn is-sorijiet jagħtu ħajjithom jaħdmu fl-iskejjel u d-djar tal-anzjani.”

Żiedu jgħidu wkoll, “Inżommu lil dawn iż-żewġ sorijiet fit-talb tagħna u l-kongregazzjonijiet l-oħra biex ikomplu jgħixu l-kariżma tagħhom kif ukoll nitolbu lill-Mulej biex ikompli jgħarraf lil aktar żgħażagħ bil-vokazzjoni tagħhom u jagħtihom il-kuraġġ u l-fidi biex iwieġbu ‘iva’ għas-sejħa tiegħu.”

Tassew aħna ferħanin għal dawn iż-żewġ sorijiet li sabu s-sejħa tagħhom u ddedikaw ħajjithom għal Ġesu. Inżommuhom fit-talb tagħna biex dejjem jimxu fit-triq it-tajba.





Facebook / Archdiocese of Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI