Matthew li ftit ilu rajnieh jitkellem fuq il-ħajja tiegħu fil-programm ‘L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa’ ta’ Mark Zammit fetaħ paġna tiegħu fejn ser ikun qed jiddokumenta t-trasiżżjoni tiegħu bħala persuna Trans Maskili u Non-Binary. Fil-filmat, Matthew stqarr li hu Pansexual, dan ifisser li ma jħossux attirat lejn persuna għad-dehra jew għall-ġeneru iżda l-aqwa li tħobbu u tirrispettah.
Din il-ġimgħa Matthew qal li beda jieħu l-hormones u qed jistenna li jkollu bidla. Hu qal li jixtieq, “…X’inħoss jien u x’nara jiġu llivellati”. Matthew stqarr li jixtieq li jinbidel leħnu, l-figura ta’ ġismu u jtella’ ftit muskoli għax ma jixtieqx jibqa’ daqshekk irqiq.
Matthew jixtieq ħafna jsir social worker ħalli jkompli jgħin lill-persuni. Diġà qed jagħmel ħafna billi jitkellem fuq l-esperjenza tiegħu u biha qed iħeġġeġ aktar persuni jagħrfu l-indentità tagħhom!