Il-paġna uffiċjali ta’ Puttinu Cares irringrazzjat lil Mario Galea, li f’għeluq is-sittin sena tiegħu għażel li jiġbor somma flus għal Puttinu minflok jirċievi r-rigali.
Kitbu, “Awguri mill-qalb, Mario Galea, f'għeluq is-60 sena tiegħek! Bis-saħħa tal-ġenerożità tiegħek u ta' dawk ta' madwarek, inġabret is-somma sabiħa ta' €3,560. Il-qalb tajba tiegħek hija tassew ta' min jammiraha. Minflok tlabt rigali biex tiċċelebra dan il-mument speċjali, għażilt li tħeġġeġ lill-familja u lill-ħbieb tiegħek jagħmlu donazzjoni lil Puttinu.”
Żiedu jgħidu, “F'isem il-familji kollha li nagħtu sostenn lilhom, nirringrazzjawk sinċerament ta' dan il-ġest sabiħ ta' solidarjetà u ġenerożità. Nawgurawlek saħħa, ferħ u ħafna snin oħra mimlijin barkiet. Grazzi mill-qalb!”
Nirringrazzjawh għal dan il-ġest verament nobbli.
Facebook / Puttinu Cares