Il-kantanta Annabelle Vella, li nafuha aktar riċenti bħala waħda mill-membri tal-grupp MARA qasmet messaġġ mimli mħabba hekk kif iċċelebrat għeluq id-disa' snin ta’ binha, Tommy. Fuq il-midja soċjali, Annabelle awgurat lil binha b’messaġġ mill-qalb, fejn esprimiet kemm hi u l-familja tagħha huma kburin bih u b’dak kollu li kiseb s’issa.
"Awguri f'għeluq id-disa' snin, lit-tifel għażiż tagħna! Int tagħmel kull jum isbaħ u aħna kburin ħafna bik u bil-kisbiet tiegħek. Nawgurawlek l-isbaħ jum mimli mħabba, daħk u dak kollu li tħobb. Inħobbuk aktar milli jista’ jesprimi l-kliem, Tommy," kitbet Annabelle.
Il-pubblikazzjoni ġabet magħha bosta messaġġi ta’ awguri mingħand ħbieb, segwaċi u personalitajiet lokali, li ngħaqdu biex jawguraw lil Tom ħafna saħħa, ferħ u suċċess fis-snin li ġejjin.vMinn naħa ta’ Gwida, ningħaqdu wkoll fl-awguri tagħna lil Tommy f’dan il-jum speċjali tiegħu.
Facebook / Annabelle Vella