Fuq il-profil tiegħu llum it-tabib Frank Portelli qasam aħbar kemxejn pożittiva dwar in-numru ta’ każijiet pożittivi li għandna nistennew illum. Hu qal li qed naraw li n-numri qed jonqsu f’dawn l-aħħar jiem.
Hu kompla jispjega, “inqas minn 100” iżda għamel l-appell biex dak li jkun ma jirrilassax u jaħseb li l-virus bil-mod qed jisparrixxi għax għadu magħna. Għadu fil-komunità u b’hekk in-numri malajr jistgħu jerġgħu telgħin mill-ġdid.
Fuq il-paġna tiegħu, Gerald Fenech ukoll ħabbar li għandna nistennew numri aħjar illum. Dan jawgura tajjeb ferm għalina lkoll. Nittamaw li dan ir-ritmu jinżamm ħalli naraw il-każijiet ta’ numri attivi jonqsu kemm jista’ jkun.
Nibqgħu nieħdu ħsieb xulxin, nevitaw li nkunu f’ħafna nies, naħslu jdejna spiss u nilbsu l-maskri.
Facebook / Frank Portelli