“Insellem Il-Memorja Ta’ Josephine Dingli. Josephine Ħadmet Għal Snin Twal Bħala Infermiera Ta’ Eċċellenza.” – Il-Ministru Tas-Saħħa Jo Etienne Abela

Jo Etienne Abela, fuq il-mezzi soċjali tiegħu sellem il-memorja ta' Josephine Dingli, infermiera li serviet b'dedikazzjoni tul is-snin. Il-Ministru kien ħadem magħha fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex meta kien għadu student.

Hu jikteb, "Insellem il-memorja ta’ Josephine Dingli. Josephine ħadmet għal snin twal bħala infermiera ta’ eċċellenza. Meta kont student tal-mediċina tgħallimt ħafna minnha fl-emerġenza fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u bqajna ħbieb. Kondoljanzi lill-familja tagħha, b’mod speċjali lil binha l-kardjologu Dr Philip Dingli."

F'isem it-tim ta' Gwida, insellmu l-memorja tagħha u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja tagħha. Strieħ fis-sliem għażiża u kompli ħares fuq il-maħbubin tiegħek.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI