Insellmu L-Memorja Ta’ 3 Irġiel Li Ħallew Din Id-Dinja Bħal-Lum 20 Sena F’Kamra Tan-Nar

Bħal-lum 20 sena seħħet diżgrazzja f’kamra tan-nar ġewwa Ħaż Żebbuġ fejn fiha tilfu ħajjithom 3 irġiel, harlie Farrugia ‘Bagalji’, Antoine Cilia ‘Pexx’ u Joe Zammit ‘Zelli’ li kien ħalla din id-dinja ftit tal-jiem wara.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kamra tan-Nar San Ġużepp, Ħaż-Żebbuġ sellmu l-memorja tagħhom fejn qalu, “llum niftakkru fl-għeżież ħbieb tagħna Ġużeppini Żebbuġin li kienu ħallewna kawża tad-diżgrazzja fil-kamra tan-nar tagħna nhar l-4 ta’ Lulju tas-sena 2004. Minsija qatt Charlie Farrugia ‘Bagalji’, Antoine Cilia ‘Pexx’ u Joe Zammit ‘Zelli’ li kien ħalliena iktar tard nhar Santa Marija tal-istess sena. Tlett pirotekniċi tal-qalb li kienu maħbuba minn kulħadd.”

Temmew jgħidu, “Strieħu fil-mistrieħ li jixraqilkom u grazzi għal dejjem tal-ħidma tagħkom, niftakru fikom u fil-familji tagħkom fit-talb tagħna. Ma ninsewkom qatt.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI