Nhar is-Sibt li għadda ġie mħabbar inċident li seħħ f’Ħal Qormi, fejn ħajt iġġarraf fi Triq Farsina, Ħal Qormi.
ONE news fuq Youtube qasmu ritratt tal-anzjan, u jirrappurtaw li miegħu kien hemm ibnu ta’ 41 sena, li ttieħed l-isptar minħabba ġrieħi serji. L-anzjan sfortunatament tilef ħajtu fuq il-post.
Skont stħarriġ preliminari jidher li l-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni (BCA) u l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) se jkomplu jassistu fl-inkjesta maġisterjali u jikkoperaw bis-sħiħ ma’ entitajiet oħra, fosthom il-Pulizija.
Google Maps/ Triq Ta’ Farsina, Qormi