"Int Dejjem Kellek Fiduċja Fija U Appoġġjajtni Fil-Vjaġġ Tiegħi. Issa Jmiss Lili Li Nappoġġjak." – Il-Kantant Lokali Mark Anthony Bartolo Lil Ommu

Il-kantant lokali Mark Anthony Bartolo, li rajnieh jipparteċipa f’X Factor Malta u l-Malta Eurovision fost l-oħrajn, kiteb messaġġ lil dik il-persuna li dejjem temmen fih, u kienet hemm għalih mill-bidu nett. Mark jawgura lil ommu f’għeluq sninha.

“Happy Birthday għażiża Ommi. Int dejjem kellek fiduċja fija u appoġġjajtni fil-vjaġġ tiegħi. Issa jmiss lili li nappoġġjak fil-vjaġġ tiegħek,” jikteb Mark. Qasam ritratt flimkien ma’ ommu għall-okkazjoni.

Awguri minn qalbna lil omm Mark. Nixtiqulha ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!





Facebook/ Mark Anthony Bartolo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI