"Int Dejjem Kont Hemm Biex Ngħixu Dan Il-Vjaġġ Tagħna Flimkien… Inħobbok" – Louise

Illum Mark u Louise Doneo jiċċelebraw 29 sena flimkien! Fuq Facebook Louise kitbet li "Ma tistax tgħid li dawn is-snin kienu kollha mħabba u feliċi, għax iż-żwieġ huwa kompromess u sagrifiċċju. Imma ħaġa li nixtieq ngħid hija li kull ġurnata kienet tiswa' li jkun hemm int ħdejja, qalbi".

Louise żiedet tgħid li "huwa xi ħaġa tajba li ġieli taqbel u ġieli ma taqbilx f'relazzjoni".

"Il-Ħaġa li tgħallimt matul dawn is-snin hi meta tkun miżżewweġ m'għandekx tisparixxi, ma tistax tieqaf tkun int u dik il-ħaġa li l-aktar li ngħożż fiż-żwieġ tagħna. Li inti dejjem tajtni is-sapport u minflokk ħadt over il-ħajja tagħna, dejjem kont hemm biex ngħixu flimkien dan il-vjaġġ... inħobbok" - Louise

F'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt naqguraw aktar snin ta' kreattivita, għaqda u mħabba bejn dawn it-tnejn. Bilħaqq minn Ottubru dawn it-tnejn huma nvoluti f'kummiedja bl-isem ta' 'Elf Metodu' li ser tibda tixxandar fuq One. 

Louise Doneo / Facebook

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI