Xewqat sbieħ f’għeluq snin is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat! Il-mara tiegħu, Rachel Cachia ta’ Gadgets qasmet l-awgurju tagħha f’post ħelwa fuq il-midja soċjali ddedikata lilu f’dan il-jum speċjali.
“Awguri f’għeluq sninu lil dan ir-raġel tal-ġenn,” tibda Rachel f’post fuq instagram, filwaqt li taqsam numru ta’ ritratti tal-familja żgħira tagħhom. “Int l-iktar missier u raġel li jaf iħobb u jimpurtah.”
“Li ngħid li jien grata għal dak kollu li tagħmel u għal dak kollu li int huwa sottostima. Eva u jien inħobbok bla tmiem,” temmet tgħid.
Rachel u Alex huma l-ġenituri kburin taċ-ċkejkna Eva, li laqgħu fi ħdanhom lura għal Settembru tal-2018. Awguri, Alex! Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nittamaw li jkollok ġurnata mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbek.
Facebook / Rachel Cachia