“Hu Propju Llum Il-Ġurnata Li Qiegħed Iżjed Kuntent Bija Nnifsi… Il-Kitarra Salvatli Ħajti” – Kersten Graham

Kersten Graham

Il-kantant lokali Kersten Graham, li rajnieh f'X Factor Malta, Mużika Mużika u tant avvenimenti lokali oħra, tkellem dwar l-istorja tiegħu, u kif il-mużika kienet hemm għalih.

Kersten jistqarr li, "hu propju llum il-ġurnata li vera qiegħed kuntent bija nnifsi... il-kitarra salvatli ħajti." Lil Kersten tista' tgħid li hi xi ħaġa normalissima li narawh akkumpanjat mill-kitarra tiegħu.

"Sibt fiha dak li l-kliem ma setax jesprimi" - hekk jiddiskrivi l-imħabba kbira tiegħu lejn il-kitarra. "Il-mużika u t-terapija ħallewni hawn," jgħid Kersten, rigward il-fatt li f'xi mumenti wasal biex jistaqsi għandux jibqa' jgħix, wara diversi ostakli mhux faċli li affaċċja.

Jgħaddi anke parir minn qalbu mill-esperjenza tiegħu stess, parir li żgur hu ta' ġid kbir. Prosit Kersten!

Ritratt:

Facebook/ Kersten Graham

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI