Hekk kif illum qed jiċċelebra għeluq sninu l-atture Jake Testa, irċieva diversi messaġġ fuq il-midja soċjali. Wieħed minnhom kien tal-għażiża ommu, Carol, li kitbitlu kelmtejn mill-isbaħ biex tawguralu u turih kemm huma kburin bih.
“Happy Lucky Birthday liż-żgħir tagħna. Int uniku f’kull mod u aħna tant kburin bik. Grazzi talli tkun int. Inħobbuk ħafna,” kitbet Carol. Xerrdet diversi ritratti mill-passat ta’ Jake, u oħrajn tagħhom flimkien. Lil Jake narawh f’diversi produzzjonijiet fosthom TA’ GERIT, u għandu anke xi oħrajn ġodda ġejjin.
Awguri minn qalbna Jake f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt!
