“Intejbu L-Kwalità Tal-Ispazji Miftuħa U Noffru Ambjent Aħjar Għall-Komunità Kollha.” – Il-Ministru Alison Zerafa Civelli Dwar Il-Ħidma F’Ġnien Iċ-Ċiniżi

Zerafa Civelli

Fuq il-paġna uffiċjali tagħha l-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi Alison Zerafa Civelli qasmet ritratti meħudin waqt żjara fix-xogħlijiet li qed isiru fi Ġnien iċ-Ċiniżi.

“Illum żort il-ħaddiema fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi f’Ġnien iċ-Ċiniżi fejn qed isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ sabiex dan l-ispazju pubbliku jibqa’ sigur u nadif għall-familji u r-residenti.”

Hi tkompli tikteb, “Dawn l-interventi huma parti mill-impenn kontinwu tagħna biex intejbu l-kwalità tal-ispazji miftuħa u noffru ambjent aħjar għall-komunità kollha. Nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tad-dedikazzjoni u l-ħidma tagħhom ta’ kuljum.”

Fir-ritratti jidher il-progress li qed isir f’dawn ix-xogħlijiet.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI