L-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati għamlet avviż fuq il-paġna ta’ Facebook biex jinstab kelb mitluf. Jidher li l-kelb intilef ġewwa Marsaskala fl-inħawi tal-bajja ta’ San Tumas.
Il-pubbliku qed ikun imħeġġeġ biex iċempel fuq 99306951 jew fuq 77389975 ladarba jkollhom xi informazzjoni dwar fejn jista’ jkun raw il-kelb. Skont ir-ritratti li ttellgħu fuq Facebook il-kelb huwa abjad u wiċċu huwa mħallat bl-iswed u l-kannella.
Għamel share ta’ dan l-artiklu biex ifittex jinstab dan il-kelb.
Facebook / Association for Abbandoned Animals