"Intom Fejn Intom Agħmlu Kuraġġ Għeżież" – Antonella B'Messaġġ Qawwi

Ix-xahar ta’ Ottubru hu magħruf għal Pink October, kienet irreklamata ħafna l-ħtieġa biex nisa u rġiel imorru jagħmlu t-testijiet neċessarji. Il-Preżentatriċi kif ukoll xandara tal-breakfast show ta’ CampusFM, illum fakkret jum speċjali. 

Antonella stqarret li llum jiġi mfakkar, Jum Dinji tal-Bandana. “Hawn min jilbisha biex jidher cool….oħrajn jilbsuha biex jgħattu l-effett tal-kimoterapija. Intom min intom, intom fejn intom agħmlu kuraġġ għeżież!” tikteb Antonella. 

Messaġġ sabiħ ħafna għal dawk in-nies li għaddejin minn xi tip ta’ tbatija. Proset Antonella!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI