"Iona, Grazzi Talli Tibqa’ Tagħżel Lili Kuljum!" – Marija Bellia U Iona Dalli Jagħmlu Pass Ieħor Fil-Vjaġġ Ta' Mħabba Tagħhom

Ilbieraħ Marija Bellia ħabbret mument mill-isbaħ għaliha u għall-imħabba ta’ ħajjitha, Iona Dalli. Il-mużiċisti u kantanti lokali ħadu l-għerusija, u issa bla dubju ħerqanin li tasal il-ġurnata meta jagħtu kelma lil xulxin.

“Għalkemm kont diġà nsejħilha l-‘mara’, għażlet li verament titwikka bija għall-bqija taż-żmien. Iona, grazzi talli tibqa’ tagħżel lili kuljum!,” kitbet Maria. FIl-filmat li qasmet fuq Instagram, naraw il-mument meta proponotilha Iona.  ir-risposta kienet bla dubju, IVA!

Minn qalbna nawgurawlhom ħafna mħabba, hena, saħħa, u ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI