Ir-Raba' U L-Aħħar Parti Tal-Ispettur – Mario Micallef Ħa Jirritorna Fil-Parti Li Nies Segwew Bil-Qalb!

L-għatx għat-teatru Malti hu wieħed kbir! Dawk li jħobbu t-teatru żgur li ħa jgawdu meta kollox jirritorna għan-normal! It-triloġija tal-Ispettur Bonnici kienet ta’ suċċess kbir meta dehret għall-ewwel darba fuq il-palk! Triloġija li nħadmet fuq tliet snin. Wara s-suċċess tagħha, inħareġ ktieb u anke inħadmet sensiela televiżiva.





Is-sensiela televiżiva kienet ta’ suċċess enormi tant li kisbet l-akbar udjenzi wara l-aħbarijiet b’udjenzi ta’ madwar 65,000. Jidher li n-nies qabdithom kurżità dwar il-famuż Spettur u l-produtturi u l-imħuħ wara din is-sensiela ddeċidew li jirritornaw.



Huma ħabbru li bħal-lum sena tiftaħ ir-raba’ u l-aħħar parti ta’ din is-sensiela fuq il-palk bl-isem ta’ Il-Fidwa Tal-Ispettur Bonnici.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI