Illum ġurnata newwieħa għal diversi professuri, studenti u alumni tal-Università hekk kif ftit sigħat ilu tħabbar il-mewt tal-professur għażiż Paul Clough, figura prominenti tad-dipartiment tal-Antropoloġija.
Huwa kien maħbub sew mid-diversi studenti li għaddew minn taħtu, speċjalment għall-manjiera divertenti li biha kien imexxi l-letturi u t-taħditiet tiegħu. Bosta huma dawk li qegħdin jawgurawlu l-mistrieħ ta’ dejjem fis-sliem u l-paċi, inkluża l-paġna uffiċjali tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta.
“Nistgħu nsibu lil xi ħadd jissostitwixxi t-tagħlim tiegħu, iżda lilu stess qatt ma nistgħu nissostitwixxuh. Jibqa’ mnaqqax fil-qlub tagħna lkoll. Insellmulek, Paul.” – Il-Fakultà tal-Arti tal-Università, fuq Facebook.

Facebook / Faculty of Arts - University of Malta
Aħna nixtiequ nissieħbu magħkom filwaqt li nawgurawlu l-mistrieħ ta’ dejjem, kif ukoll l-għomor lill-familjari kollha tiegħu.
Facebook / Faculty of Arts - University of Malta