Ir-Reazzjonijiet Għall-Ħatra Ġdida Tal-Prim Ministru Ngliż

Boris Johnson għadu kif laħaq il-Prim Ministru ġdid tar-Renju Unit wara Theresa May, iżda bosta kienu dawk li ma tantx ħadu din il-ħatra fuq nota pożittiva.

Il-produttur tal-mużika Rikki Lee, irrimarka x-xebh ta' Johnson u tal-President Amerikan Donald Trump, u l-fatt li t-tnejn l'huma qed imexxu tnejn mill-aktar pajjiżi b'saħħitom fid-dinja. #twinpower #ohdear

Howard Keith minn X Factor, u l-maniġer ta' uħud mill-akbar artisti f'Malta, ddeċieda li jaqbad mal-kulur tax-xagħar ta' dawn it-tnejn, u jżeffen lill-kantant Ed Sheeran fin-nofs u jgħid li l-kantant żgur se jkaxkar aktar unuri minn Johnson u Trump!

Il-kittieb tal-lirika u l-vuċi fuq ir-radju Joe Julian Farrugia, bħal ma jagħmel spiss fuq il-paġna tiegħu, ħa s-sitwazzjoni minn angolu kompletament differenti u mar lura għal meta Johnson kien għadu tarbija...

Ivanka Trump, it-tifla tal-President Amerikan, ukoll awgurat lil Johnson għall-kariga tiegħu bħala Prim Ministru ta’ United Kingston!

boris

Kemm jinħass familjari dan kollhu. Reazzjonijiet simili ħafna ta’ tlett snin ilu propju meta Donald Trump laħaq President tal-Istati Uniti. Nistennew u naraw jekk l-istorja ta’ Johnson fis-siġġu tal-poter tkomplix bħal dik ta’ Trump.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI