Il-kantant lokali Glen Vella qasam messaġġ mill-isbaħ fuq il-midja soċjali fl-okkażjoni ta’ għeluq snin ommu. B’taħlita ta’ mħabba, gratitudni u ftit umoriżmu, Glen iddeskriva lill-għażiża ommu bħala r-reġina ta’ qlubhom.
"Mara b’saħħitha, b’passjoni għall-ħajja, b’qalb mimlija mħabba u pilastru veru għalina lkoll! L-appoġġ li tagħtina huwa inkredibbli!" kiteb il-kantant. Glen kompla jiddeskrivi lil ommu bħala l-aqwa kumpanija li wieħed jista’ jkollu, dejjem iġġib magħha d-daħk, il-ferħ u, kif qal hu stess, xi kummiedja wkoll!
B’ton ċajtier, il-kantant semma wkoll kemm ommu hija protettiva fejn jidħlu wliedha, tant li xebbahha ma’ tigra meta xi ħadd imiss magħhom.
"Grazzi talli dejjem u dejjem... u dejjem tkun hemm għalina! Inħobbok ħafna, Ma!" temm jgħid Glen. F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, ningħaqdu ma’ Glen sabiex nawguraw lil ommu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha. Nawgurawlha ħafna aktar snin mimlijin saħħa, ferħ, imħabba u, ovvjament, ħafna daħk!
Facebook / Glen Vella