Ir-Riżultati Tat-Test Rapidu Tal-Covid-19 Mhux Qed Ikunu Inklużi Fir-Riżultati Maħruġa Ta' Kuljum

Skont sorsi tas-saħħa li tkellmu ma’ Times of Malta jidher li n-numru ta’ testijiet rapidi tal-Covid-19 mhux qed ikunu inkluża fl-aġġornament ta’ kuljum. Tul din l-aħħar ġimgħa rajna żieda fit-testijiet, fejn aktar minn 3,000 test tista’ tgħid li ġie amministrat kważi kuljum.





Kollox jindika li minħabba li t-testijiet rapidi għadhom fl-ewwel ġimgħa, l-awtoritajiet irridu jirfinaw it-tnedija ta’ dawn it-testijiet li eventwalment se jidħlu wkoll fl-istatistika ta’ kuljum.

L-informazzjoni ta’ dawn it-testijiet jidher li se tkun mogħtija b’mod separat. Tajjeb li ngħidu meta persuna jinstab pożittiv mit-test rapidu qed jintalab biex ir-riżultat ikun ikkonfermat permezz ta’ swab test. Huwa f’dan l-istadju li hu jiġi kkalkulat bħala pożittiv fl-istatistika.



Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne il-ġimgħa li għaddiet qal li l-awtoritajiet qed jistennew li jwettqu madwar 1,000 test rapidu kuljum. It-testijiet huma għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, dawk li jaħdmu mal-anzjani u fl-ajruport iżda l-ħsieb hu li aktar tard dawn jiġu introdotti fl-iskejjel u fil-kura tas-saħħa primarja.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI