Qarrej ta’ dan is-sit għamel kuntatt magħna fejn qalilna li mhux l-ewwel darba li hu jew inkella ħbieb tiegħu rċevew telefonati simili tul l-aħħar ġimgħat. Telefonata minn numru mhux magħruf u donnu li l-messaġġ ikun irrekordjat minn qabel.

Hu jistqarr magħna li l-messaġġ f’din it-telefonata jinfurmah li hu qed jisraq l-internet mingħand ġar tiegħu. Hu jistqarr magħna li dan mhux il-każ. Meta staqsejnieh jekk forsi din hux xi ċajta li xi ħadd qed jagħmillu jgħidilna li mhux hu biss irċieva din it-tip ta’ telefonata iżda anke ħbieb tiegħu.
Tajjeb li jekk xi ħadd jirċievi telefonati bħal dawn ma jagħtix kashom.