"Irnexxielna Niġbrulha Għall-Xirja Kbira Li Żgur Ser Isserviha Sakemm… Tieħu Ftit Ir-Ruħ" – Angele Camilleri.

Ftit tal-jiem ilu fuq is-sit tagħna ġibna appell li kitbet dwaru Angele Camilleri li hi kunsillera f’Ħaż-Żabbar u jidher li l-appell intlaqa’ u ntlaqa’ sew grazzi għalikom. Ftit tal-ħin ilu, Angele ħalliet post fuq Facebook b’ringrazzjament lil kull min għena.

Hi kitbet, “Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lill-Gwida lil Christopher Il Kabocc li xxerjawli l-post… meta ktibt għall-għajnuna fuq il-mara li għandha kanċer u telaqha r-raġel, bis-saħħa tagħkom ukoll irnexxielna niġbrulha għal xirja kbira li żgur ser isserviha sakemm joħorġulha s-sussidju tal-kera u tieħu ftit ir-ruħ.”

Angele kompliet tikteb, “Grazzi lill-poplu Malti li msemmi għall-qalb tiegħu.Nixtieq ukoll mhux inqas minn qalbi nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom ta’ kemm temmnu fija fejn tidħol karità.”





Facebook / Angele Camilleri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI