"Irriżulta Pożittiv Għal Leishmaniasis ('Sandfly Disease'). Jinsab Muġugħ Ħafna." – Innocent Paws B'Appell Għal Sky

Fuq il-paġna Innocent Paws – Maria D’Amato ittellgħet post dwar Sky, kelb li għaddej minn kura wara li nstab li għandu Leishmaniasis (Sandfly Disease).

Sfortunatament Sky kien marad, u minħabba li ma ngħatax it-trattament li kien hemm bżonn, mar għall-agħar.

“Ilbieraħ, Sky ingħaqad ma’ Innocent Paws, u mill-ewwel ħadnieh għand il-veterinarju. Irriżulta pożittiv għal Leishmaniasis (Sandly Disease). Jinsab muġugħ ħafna.”

Jidher li l-ġilda tiegħu hi fraġli u għandu d-demm ħiereġ minn diversi partijiet minn ġismu. Fi 15-il jum, ser jerġgħu isirulu testijiet tad-demm biex jiċċekkjaw l-organi tiegħu.

And though the treatment is necessary, it’s painful too — but we made you a promise, Sky: this pain is temporary, and it’s only the beginning of your healing.

“Għalkemm it-trattament huwa neċessarju, tikkawża l-uġigħ ukoll – iżda għamilnielek wegħda, Sky: dan l-uġigħ huwa temporanju, u dan u biss il-bidu tal-fejqan tiegħek.”

Il-paġna titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex in-nies jagħtu donazzjoni, ħalli jgħinu lil Sky jirċievi l-kura u t-trattamenti kollha li hemm bżonn.

Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw permezz tal-BOV Mobile fuq in-numru 7999 2208 jew permezz ta’ PayPal fuq l-indirizz: mariadamato18@yahoo.com







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI