Il-forzi armati ta’ Malta kitbu fuq il-paġna tagħhom biex jinfurmaw lill-Maltin u l-Għawdxin li s-servizz tal-Gozo Channel reġa’ tkompla wara li t-theddida ta’ bomba ġiet investigata.
Huma kitbu, “F’inqas minn 24 siegħa, il-forzi armati ta’ Malta reġgħu bagħtu t-tim li jieħdu ħsieb armati splussivi lejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, Għawdex biex jagħmlu nvestigazzjoni taħt il-baħar u fuq il-vapuri kollha.”
Huma spjegaw li wara l-investigazzjonijiet tagħhom, l-ambjent tal-Gozo Channel u l-Gozo Ferry reġa’ ġie ristorat għal wieħed sigur. Jidher li issa s-servizzi reġgħu tkomplew u kollox irritorna għan-normal.
Huma rringrazzjaw lill-pubbliku tal-kooperazzjoni u l-paċenzja tagħhom hekk kif kellhom jassiguraw li kollox ikun siewi fejn tidħol is-sigurta’.
Facebook / Armed Forces of Malta (AFM)