Il-countdown għall-Milied issa daħal għall-50 jum! Il-ġranet qed jgħaddu u l-ispirtu tal-Milied qed jinħass dejjem aktar qrib.
Issib ħafna li bħal daż-żmien jibdew iħejju d-djar tagħhom, ifittxu r-rigali u jippjanaw kif se jqattgħu dan iż-żmien speċjali mal-familja u l-ħbieb.
Għalkemm għad fadal ftit ġimgħat, l-eċitament għall-isbaħ żmien tas-sena qed jiżdied jum wara jum. Id-dwal, id-dekorazzjonijiet, il-mużika tal-Milied u l-atmosfera sabiħa tal-festi ma jdumux ma jimlew it-toroq u d-djar tagħna.
Intom f'hiex wasaltu fil-preparamenti għall-Milied?
Instagram/ Christmasatmosphere_