Imbassar Tmiem Il-Ġimgħa Bix-Xita… Possibbilment Bir-Ragħad

L-Uffiċju Meteroloġiku ta' Malta qed ibassar probabbiltà għolja li tmiem din il-ġimgħa jġib miegħu xi ħalbiet tax-xita bir-ragħad. Dan hekk kif nhar il-Ġimgħa huma mbassra xi ħalbiet iżolati tax-xita, filwaqt li għal nhar il-Ħadd hi mbassra x-xita, possibbilment imżewqa wkoll bir-ragħad.

S'issa x-xahar ta' Novembru ġab miegħu temp tipiku xitwi, hekk kif fil-fatt fl-ewwel ġranet tiegħu l-gżejjer Maltin saħansitra ntlaqtu minn riħ qawwi li laħaq il-forza 8.

Intant, f'dawn il-jiem it-temperatura qiegħda dejjem tkompli nieżla tant li fis-sigħat ta' filgħaxija qed tilħaq medja ta' 14°C.

Ritratt:

Facebook / Malta Weather u Cristian Tonna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI