Is-Sit Ta' KM Malta Jagħti Lill-Klijenti L-Għażla Li Jużaw Il-Malti Waqt Li Jibbukkjaw

KM Malta Airlines nediet is-sit tagħha bil-Malti. Il-linja nazzjonali tal-ajru ħabbret uffiċjalment it-tnedija tal-verżjoni bil-Malti tal-websajt tagħha.

Dan hu parti mill-impenn tagħha biex tissaħħaħ l-identità nazzjonali u tiġi aktar apprezzata l-lingwa Maltija. Dan il-pass ukoll joffri esperjenza aħjar għall-vjaġġaturi li jippreferu jużaw il-Malti.

Minn issa ‘l quddiem, l-utenti jistgħu jużaw is-sit biex ifittxu kontenut bil-Malti fosthom skedi tat-titjiriet, prezzijiet, u aċċess għal tagħrif relatat. JIstgħu saħansitra jużaw il-Malti waqt li qed jibbukkjaw il-biljetti.

Kull min jippreferi jitkellem bil-Malti, hekk għandu aċċess sħiħ u komdu għall-informazzjoni kollha.





Sit uffiċjali ta’ KM Malta Airlines



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI