Is-Superstar Awstraljana Delta Goodrem Taqsam Ir-Ritratti Mit-Tieġ Tagħha F'Malta X-Xahar Li Għadda!

Il-kantanta Awstraljana Delta Goodrem, li għandha fama mondjali, iżżewġet f’pajjiżna x-xahar li għadda. Aħna ta’ Gwida, konna ktibna dwar dan iżda ħsiebna li jkun sabiħ li naqsmu magħkom ir-ritratti mit-tieġ li qasmet Delta ftit tal-ħin ilu fuq il-mezzi soċjali. Ritratti li juru r-rikezzi sbieħ li għandna f’pajjiżna!

Hi kitbet, “Kien mument iktar maġiku milli qatt konna noħolmu. F’Ġunju 2025, taħt is-smewwiet Maltin, għedna ‘Iva’ f’tieġ maġiku li ħa l- ħajja grazzi għall-anġli kollha li konna mdawwrin bihom. Qegħdin inżommu f’qalbna kull mument minn dik il-ġurnata – l-imħabba, id-daħk, id-dmugħ ta’ ferħ u ż-żfin mill-bidunett.”

Hi ttemm tgħid, “Ma nistgħux nistennew biex nerġgħu lura l-Awstralja u niċċelebraw bħala koppja.”

Vogue Australia kienu fost il-bosta li kitbu dwar dan it-tieġ li sar f’Malta. Aqra dak li ntqal Hawn.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI