“Lorry Schembri tal-Arloġġi raġel sew,” kiteb Kurt Castillo, magħruf għall-karattru tiegħu ta’ Jason f’Simpatiċi, f’messaġġ fuq Facebook.
Żied, “Grazzi ta’ dan il-ġest ferm sabiħ. Nawguralkom ħafna saħħa.”
B’mod ċajtier qal, “Issa ħa nara fejn ħa ndendlu!” Fuq l-arloġġ, hemm ritratt ta’ Kurt mal-klieb tiegħu, Figaro u Othello, li tant huma għal qalbu!
Miktub Minn
Bradley P. D. Cachia
Bħalissa qiegħed insegwi l-kors tal-B.A. fl-Istudji Komunikattivi u l-Malti fl-Università ta’ Malta, wara tlettax-il sena nattendi l-Kulleġġ San Alwiġi. Involut fl-arti, fejn l-involviment tiegħi jvarja mit-teatru għal-letteratura. Ilni midħla tat-teatru mill-2016 u ilni nesperimenta bil-kitba minn tfuliti. Apparti l-aspett artistiku, naħdem ukoll f’diversi organizzazzjonijiet volontarji, fi sferi soċjali differenti.