Minkejja d-diversi appelli fuq il-midja u tfittxijiet li saru, Vasco baqa’ ma nstabx. Il-familja tiegħu qed tkompli tappella bil-ħniena lil kull min għandu xi informazzjoni dwar fejn jinsab il-kelb sabiex jikkuntattjhom minnufih.
“L-importanti għalina huwa li Vasco jirritorna qawwi u sħiħ,” kitbet Marinella Farrugia, waħda mill-familjari, li fakkret li hemm premju ta’ €1,000 għal min jagħti xi informazzjoni dwar fejn jinsab Vasco u €5,000 għal min iwasslu lura għand is-sidien tiegħu.
“Jekk jogħġobkom, għinuna nġibu lil Vasco lura d-dar,” temmet tappella Marinella.
Ixxerjaw biex forsi jinstab Vasco!
Ritratti: Facebook / Marinella Farrugia