Ftit jiem ilu Ramires Sciberras kiseb wieħed mill-aqwa riżultati li Malta kisbet fil-kompetizzjonijiet kollha tal-Eurovision hekk kif ġie fil-ħames post. Ġie t-tmien post mill-ġurati fejn il-maġġoranza tal-pajjiżi taw xi punti lil Malta. Kienu biss 3 pajjiżi li ma tawniex punti u dawk kienu l-ġurati tal-Italja, tal-Polonja u tal-Irlanda.
Ramires ġie wkoll it-tielet post mill-voti onlajn fejn għaddewna biss il-Portugall u l-Ukrajna. Il-kanzunetta ta’ Ramires Stilla Ċkejkna kienet l-ewwel kanzunetta kompletament bil-Malti fil-Junior Eurovision u fost l-ewwel kanzunetti bil-Malti fil-festivals kollha tal-Eurovision. L-unika kanzunetti bil-Malti kienu tal-1971 u tal-1972 fil-Eurovision tal-adulti fejn sfortunatament konna spiċċajna fl-aħħar post.
Awguri u prosit kbira, Ramires. Tassew xejjirt il-bandiera Maltija bl-aqwa mod u għamiltna kburin!
Facebook/