Fuq il-profil ta’ Facebook il-kantanta lokali Corazon Mizzi qasmet parir għall-ġenituri, fejn it-tfal ikollhom bilanċ fil-vaganzi. Waqt li jgawdu dan il-mument ta’ mistrieħ, ma jabbandunawx dak li jkunu tgħallmu matul is-sena.
Il-vaganzi huma żmien sabiħ għat-tfal – jieħdu n-nifs, jilagħbu, jesploraw… imma jekk iqattgħu l-ġranet kollha jduru minn post għal ieħor bla ebda struttura, bla ftit dixxiplina jew attivitajiet edukattivi, jistgħu jibdew jitilfu bilanċ importanti.”
Corazon tikteb li huwa tajjeb li t-tifal xorta jkollhom sens ta’ rutina. “It-tfal għandhom bżonn ftit rutina anke meta ma jkunx hemm skola. Mingħajrha: jitilfu l-fokus u l-konċentrazzjoni; jinsew li jridu jaħdmu għal xi ħaġa; jinsew ħiliet bażiċi li jkunu tgħallmu matul is-sena”
Fil-vaganzi għandhom jifhmu xorta waħda li fil-ħajja it-tgawdija, il-mistrieħ, l-edukazzjoni, u l-obbligi għandhom l-istess importanza dejjem. “Il-bilanċ jagħmel id-differenza!,” tagħlaq il-post Corazon.
Facebook/ Corazon Mizzi