F’messaġġ li rċivejna fuq il-paġna ta’ Facebook tagħna, omm tkellmet iddispjaċuta għall-aġir insensittiv minn ħaddiema partikolari ta’ ċentru tas-saħħa fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta.
Din l-omm marret biex tagħti l-vaċċin tal-influwenza lit-tifel tagħha, f’dak il-ħin għatas waħda. “Jien dejjem kont responssabli biżżejjed li jekk ikun ma jifħalħx nibqa’ ġewwa” tgħidilna l-omm. Iżda ħaddiema xħin rat lit-tifel jagħtas keċċiethom ‘il barra. “Tgħajjat quddiem kulħadd biex immur nagħmillu swab test!” tgħidilna mbikkma l-omm.
L-Omm ċemplet lit-tabib privat tagħha u l-111 u qalulha li ma kienx hemm bżonn tagħmel swab, “Qaluli ħalli 3 tijiem u jekk joħorġulu xi sintomi filkas ċempel u nagħmlulu swab” qalulha bil-ġentilezza kollha.
“Kull ma qed nitlob biex ħaddiema f’ċentri tas-saħħa jirrispettaw anke lilna u titrattaw lin-nies ta’ nies. Mhux biċċa numru għax kulħadd uman” tgħidilna l-omm.